Juanito camilleri biography of alberta

  • Juanito camilleri biography of alberta
  • Juanito camilleri biography of alberta province...

    Juanito camilleri biography of alberta

  • Juanito camilleri biography of alberta
  • Juanito camilleri biography of alberta canada
  • Juanito camilleri biography of alberta province
  • Juanito camilleri biography of alberta king
  • Juanito camilleri biography of alberta california
  • Diskors tal-Professur Juanito Camilleri

    Diskors tal-Professur Juanito Camilleri fl-okkażjoni tal-għeluq taċ-ċelebrazzjonijiet tal-250 Anniversarju tal-Università ta’ Malta – 20 ta’ Novembru 2020

    Kanċillier, Ministru, Rettur, għeżież kollegi,

    Forsi hawn min qed jistaqsi: X’ġejtu tagħmlu hawn illum?

    Kollha mgħammda, distanti wieħed mill-ieħor, issellmu lil xulxin b’idejkom fuq qalbkom, xi wħud bil-minkeb. 

    Propju hawn f’din l-awla maestuża f’din il-binja storika, din il-benniena tal-għerf!

    Possibbli li dan biex nagħtu titwila flimkien lejn żokortna?

    Iva, ngħid jien, ġejna nsellmu lil din l-omm.

    L-omm li għamlitna dak li aħna. L-istess omm li għad twelled dak li għad iseħħ minna.

    L-istorja ta’ din l-Alma Mater hija verament minsuġa b’mod profond fil-fibra tal-istorja ta’ pajjiżna. Storja mimlija intriċċi, sfidi megħluba, oħrajn li baqgħu jidwu.

    Mixja tul żminijiet li, bla dubju, hi denja ta’ riflessjoni serja u oġġettiva, għax l-iblah biss jinsa jew jinjora l-passat, u